Friday, February 28, 2020

L-inbid l-irħis

Ma nistax nemmen kif ħadd għadu ma xtrani, ili fuq l-ixkaffa ta dan il-ħanut mill- l-ewwel ġurnata li fetaħ. Dan il-ħanut ta l-inbid rajtu jigber ma ż-żmien, mill-ewwel persuna li daħlet ġo dan il-post, sa meta rebħet il-premju ta l-aħjar ħanut ta l-inbid fir-raħal. Dan iż-żmien kollu u ħadd ma ġietu l-kurżità kif jindaq l-inbid barrani ta ġo fija. Imma ma ngħattihomx tort. Ħadd ma jħobb inbid irħis u jien mhux eċċezzjoni. Jien inbid irħis u ħadd ma jridni. Noqgħod fuq l-ixkaffa ta fuq, fuq wara ta l-ħanut ma l-fliexken l-oħra.

Iċ-ċans biex ninxtara mhijiex kbira, imma xorta għandi tama li xi darba ħa nitlaq min dan il-post darba għal dejjem. Hemm mara xwejħa jisimha Marina, qasira u fuq tagħha, f’i-żmienha imma flus m’għandiex ħafna. Miskina tiġi tixtri l-inbid darba fil-ġimgħa bil-flus li jifdalha biex tikkuntenta t-tfal tagħha meta jiġu jieklu għandha matul il-ġimgħa. Kull darba naraha tgħaddi tagħżel l-inbid ta taħti imma qatt ma tagħżel inbid fuq l-ixkaffa li qiegħed fuqha jien. Forsi ma tarax ħafna biex taqra il-prezz tiegħi, u żgur mhux se tlaħħaq jekk tkun tridni. Drajtha lil Marina, tiġi kull nhar ta Ħamis, titkellem naqra ma s-sid ta l-ħanut u tagħmel kwarta tfittex għal l-aħjar inbid li tista' tieħu d-dar magħha. Qabel ma titlaq, tħares ħarsa mgħaġġla lejn l-ixkaffa ta fuq, li qiegħed fuqha jien, u titlaq mil-ħanut. Għamilt konnessjoni ma Marina, hi l-unika tama li għandi biex nitlaq min hawn.

Illum il-Ħamis, għadu filgħodu kmieni u s-sid ta l-ħanut qed jipprepara biex jiftaħ, qed jagħmel il-quddiem ta l-ħanut jidher sabiħ waqt li jinsieni hawn wara qisni ma neżistiex. Is-sid fetaħ il-ħanut u jien ppreparajt ruħi biex nara lil Marina, forsi illum ikun il-jum tiegħi. Għalavolja ġiet naqra tard mi-ssoltu, ħadt pjaċir naraha tidħol min dak il-bieb tal-ħġieġ. Daħlet xebba' warajha, enerġetika u twila, xagħra bjond. Din naf min hi, din Sara! Kont nisma' lil Marina titkellem ma Mark, is-sid tal-Ħanut, fuq Sara. Sara hija n-neputija ta Marina. Huma t-tnejn resqu lejn l-ixkafef ta ħdejn tiegħi bħal is-soltu u bdew ifittxu.
Drajtha lil Marina tfittex biss f’l-ixkaffef ta isfel. Wara ftit ħin ifittxu, nisma' lil Sara tgħid lil Marina “Trid nixtru dak, Nan’?”, u ippuntat lejja. “Erbgħa euro u ħamsin ċenteżmi, vera irħis!”. Kont ħa intir bil-ferħ li ħassejt għal fatt li xi ħadd ikkunsidrani bħala inbid għax xiri, u ferm iktar meta Marina qablet ma n-neputija tagħha. Sara qabżet, qabditni min għonqi u ħarġitni mill ix-xkaffa li kont qiegħed fuqha. Flaħħar mgħedniex oġġett ta dekorazzjoni hemm fuq. Sara u Marina ħaduni għand is-sid ta l-ħanut biex iħallsu għalija, u telqu mill-post.

Sara u nannitha ħadu mixja żgħira għad dar u poġġewni fuq iċ-ċentru tal-mejda. Xi sbuħija ta dar, stil qadim u twieqi kbar li tista' tara l-ġirien. Mhijiex dar kbira, tista' tara lil Marina taħdem f'kull kamra min fuq din il-mejda. Stennejt fuq din il-mejda l-ġurnata kolla, nara lil Marina u Sara jagħmlu x-xogħol ta d-dar u jilgħabu flimkien sakemm f’daqqa waħda jħabbat il-bieb ta barra. Dan il-bieb, injam min fuq sa isfel, x’differenza mill-bieb tal-ħanut, dak stajt tara min qiegħed wara l-bieb u anke min għadda min quddiemu. Dan min jista' jkun wara l-bieb? Xi neputi ieħor, jew xi tifel ta Marina?

Marina imxiet bil-kalma kollha sal-bieb u x'ħin fetħitu rajt wiċċ familjari jistenna fuq iż-żewġ tarġiet ta quddiem il-bieb. Kien Mark, is-sid tal-ħanut ta l-inbid. Kont diġà qed ninsa lil wiċċu. Qed nissemma' lil Marina u Mark jitkellmu, smajt li Mark irridni lura fil-ħanut għax għamel żball fil-kont, spjega li min ħabba il-qedem tiegħi, ġejt niswa ħafna iktar min kemm kien hemm immarkat fuq l-ixkaffa. Dan kemm ma jistħix? Mid-dehra lanqas Marina ma ħadet gost bieħ lil Mark għax xejjret rasha u għalqitlu il-bieb ma wiċċu. Kemm nixtieq li din hi l-aħħar darba li nara lil Mark, illum urini kemm kien jinjorani meta kont għandu ġewwa l-ħanut. Għalavolja iddejjaqt inkun biċċa dekorazzjoni ġo l-ħanut, xorta waħda ħa nibqa' ma ninxtorobx min Marina jew it-tfal tagħha. Naf li hi mhux injoranta biżżejjed biex tixrob inbid ta valur għoli. Imma mhux se niddejjaq noqgħod hawn għand Marina, wara kollox, Marina kienet l-unika ferħ li kont inħoss ġewwa il-ħanut, u issa iktar għax naf li mgħedniex niswa' daqs Pakkett ta 'sitt birer.

Għaddew xahrejn u din il-ġimgħa għadni ma rajtiex lil Marina tiegħi. Kemm ninkwieta għalija lil Marina, dan l-aħħar bdiet titlef nifisha u bdew jiġu t-tfal tagħha biex jaħslu u jaraw jekk mhux kollox sew. Dalgħodu daħħal wieħed mit-tfal ta Marina u daħalni ġo borża tal-karti. Dan fejn ħa joħodni u x’ġaralha Marina?
Wara ftit mumenti ta stennija, hu ħariġni mil-basket u insib lili innifsi ġo sptar ma Marina. Marina ħaditni f’idejha u hi poġġietni ġo idejn in-neputija Sara. Hi spjegat li l-inbid issa ta Sara u Marina taf li Sara ħa tieħu ħsieb sew ta l-inbid. Sara żammitni sew magħha u telqet mil-kamra wara li irringrazzjat lil Marina ta kollox li għamlet magħha. Ma nafx x’se jiġrilha lil Marina imma issa ma għadnix tagħha. Issa jien ta Sara u ma naqbel ma Marina li jien għandi inkun ta Sara, wara kollox hi għażlitni min fuq l-ixkafef. Tħalna lura d-dar ta Marina. Sara poġġietni fuq il-mejda u rajta iddur min kamra għal oħra, tibki. Kemm nixtieq li nagħjathielha u ngħidliha li kollox ħa jkun tajjeb.

F’daqqa waħda reġa' ħabbat il-bieb. Dan min jista' jkun? Ma irrid lil ħadd ikellem lil Sara f’dan il-mument li tinsab daqshekk vulnerabli. Sarah mesħet id-dmugħ ta malajr u imxiet lejn il-bieb. Meta fetħitu nara l-iktar bniedem li ma kontx irrid nara f’dan il-mument, Mark. Dan, b’intenzjonijiet ħżiena jidhru fuq wiċċu, joffri lil Sarah mijiet ta flus għalija. Nixtieq li Sara tista' tismagħni nagħjathielha biex tgħidlu le, imma Sara aċċettat, ħaddiltni min fuq il-mejda u tagħtni lil Mark. 
Mark ħadni, irringrazzja lil Sara, u telaq l’hemm. Reġa' rebaħni Mark, reġa' seraqni barra min il-familja tiegħi. Mark mexa sa l-ħanut bi tbissima fuq wiċċu. Daħal ġo l-ħanut u warrab il-quddiem tal-ħanut biex jagħmel spazju għalija, u poġġieni hemmhekk fuq l-ixkaffa il-kbira s-sabiħa. Telaq u ġie lura bi prezz ġdid u waħħlu taħti. “ħames mija u ħamsin euro”. U issa sibt ruħi hawn, l-iktar inbid għoli fil ħanut. Ma kontx irrid niġi lura f’idejn Mark, imma issa hawn qiegħed, l-aħjar inbid fil-ħanut. Grazzi Marina, Strieħ fil-paċi.

Friday, February 21, 2020

The Stage chapter 2

However, I don't see it this way. I don't believe that there is a limited number of steps, I believe that there are an infinite number of steps, you can always work harder to get better at what you are inspired to do. For me, "the Stage" simply doesn't exist, I believe that every step is a chance to show off what you have learnt over time, despite it being bad or good.

The Stage chapter 1

I sit behind two black coated steps that lead to the stage. The stage where I will prove my worth in-front of all those strangers. I like to think about these two steps like a metaphor to life. The audience, the beginning of life, the time where you watch other people preform your talent as you grab inspiration for what you want to do once your time comes on the stage. The queue, the steps, the time in your life where you work hard to achieve your dream. The stage, the place and time where you show off what you have learned during your journey. This is the time where you either fail or succeed in achieving what you were aiming for, or fail and get thrown back into the audience, finding new talents to take inspirations from.