Triq, karrozzi u bini.
Dawn huma t-tliet affarijiet li nista nara mil-galarija tiegħi. Kemm nixtieq
nara erbgħa tfal jilgħabu bil-ballun jew jsuqu rota. Jew inkella għalmenu
koppja jieħdu l-kelb tagħhom dawra quddiem dari.
Xejn minn dan ma jiġri
quddiemi, Inpoġġi u niftakar fuq il-ġranet ta qabel meta missieri kien joħodni
nara l-fattorija ta t-Twistees, jew meta kont niltaqa ma l-ħbieb u ommi kienet
tafdani immur noħroġ sa l-knisja l-qadima ta Santa Venera.
Dak kien żmien ieħor,
qabel kont saħansitra ninsa li aħna fqar, kont naħseb li m’għandi bżonn xejn.
Skola, noħroġ mal-ħbieb, niekol u norqod. Ma kont’x indunajt li d-dinja kienet
qed tħallina warajha. Television aħjar min ta qablu, compjuters irħas,
kompettizjoni bejn il-kumpaniji swietli l-ħajja soċjali tiegħi.
Forsi t-tort huwa
tiegħi...
Ma kont’x nammeti li
mgħandix l-aħħar mowbajl biex nippjanaw ħarġa. Ma kont’x nammeti li m’għandix
television ġdid biżżejed għal logħob ġodda. Biex inkun honest, ma kont’x naf li
laqqas il-ħbieb tiegħi m’għadhom jorġu barra min id-dar wara l-iskola. Imma issa
la nifhem iktar fuq dawn l-affarijiet, naf għala ma kienux jersqu pass
il-bogħod min darhom.
Insewni, imma jien ma
insejthom’x...
U tgħid li ommi se
tħallini noħroġ waħdi? Laqqas tikkunsidraħha..
Illum ngħaddi l-ħin billi niftaħ
tieqa fil-gallarija, u inpoġġi hemmek fuq banketta. Jew nara l-ġirien u
inxejrilhom, jew niftaħ ktieb u ninfexx fil-kitba. Ma nafx inkun onest ma lili
nnifsi, imma ġewwa fija naf li bdejt din il-drawwa b’mistennija ta xi ħabib li
jiftakar fijja. Forsi, jiena qatt ma qtajt qalbi, u niġi hawn biex nistenna biss.
Nistenna...
No comments:
Post a Comment